Il-Bord tal-Ippjanar approva l-bini ta’ parkeġġ ta’ erba’ sulari li jakkomoda mija u ħamsa u disgħin karozza, bħala parti mill-proġett tal-Valletta Waterfront Cruise Liner, wara li l-applikant qabel li jitneħħa t-tħaffir ta’ livell tal-basement.
Is-sit, li jinsab wara l-faċċata ta’ Pinto Stores, huwa vakanti u fil-frattemp iservi bħala parkeġġ.
Il-proġett se jinkludi l-bini ta’ ħwienet kummerċjali fil-livell tat-triq, b’erba’ sulari addizzjonali għall-parkeġġ tal-karozzi.
Il-bini mhux se jaqbeż l-għoli tal-binjiet ta’ maġenbu, u l-ebda servizzi mhu se jkunu permessi fuq il-bejt.