Il-Kungress Amerikan approva pakkett finanzjarju ta’ disa’ mitt biljun dollaru biex jitqassmu lill-kumpaniji u ħaddiema u jtaffi mill-impatti tal-Coronavirus fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Is-Senat għadda l-abbozz tard it-Tnejn, u se jibda jitqassam bħala ħlas dirett lil individwi, negozji u anke persuni fuq programmi ta’ diżimpjieg.
Dan se jingħaqad ukoll ma’ fond ta’ ftit anqas minn triljun u nofs dollaru, li se jagħmel tajjeb għall-operazzjonijiet kruċjali tal-Gvern Amerikan tul id-disa’ xhur li ġejjin.
L-aħħar pakkett ta’ għajnuna ġie approvat mill-Kungress wara xhur ta’ diskussjonijiet u diżgwid fost l-awtoritajiet tal-pajjiż.