Il-Kamra tad-Deputati approvat b’unanimità pakkett ta’ emendi għal-liġijiet elettorali mill-istadji kollha li se jidħlu fis-seħħ b’effett immedjat.
L-għan ta’ dawn l-emendi hu li tiddaħħal fis-seħħ sistema ta’ għadd ta’ voti li jkun wieħed elettroniku fl-elezzjonijiet kollha. Il-Kamra qablet ukoll b’mod unanimu li qabel ma jibda l-għadd ta’ voti b’mod elettroniku, isir proċess manwali li jassigura l-integrità tas-sistema elettorali.
Emendi oħrajn jinkludu provvediment li jirregola x’jiġri jekk kandidat imut wara li jiġu stampati l-poloz tal-vot, żieda ta’ ritratt ta’ kull kandidat fil-polza tal-vot u iktar kunfidenzjalità fl-aċċess tar-reġistru elettorali.