Riċerka li saret madwar id-dinja fl-elfejn u sittax turi li meta pazjent isib spalla minn dawk ta’ madwaru jmur aħjar fil-kura tiegħu.
Din ir-riċerka saret minn edukaturi, xjentisti u tobba li sostnew kif is-support iħalli effett importanti fil-kura tal-pazjent.Jospehine Attard, il-Kap tad-Dipartiment tal-Qwiebel u lettur fl-Università ta’ Malta, saħqet fuq l-importanza li pazjent ikollu sapport waqt li jkun qiegħed jieħu l-kura jew inkella mara waqt it-tqala.
Għaldaqstant, l-Università ta’ Malta qiegħda tipparteċipa ma’ sitt Universitajiet minn madwar l-Ewropa fosthom l-Olanda, Renju Unit u Wales sabiex jitfasslu linji gwida sabiex dawk li jidħlu jistudja l-mediċina jew biex isiru infermiera, jingħataw taħriġ kif joffru support lil pazjent mhux biss jitgħallmu l-aspett mediku.
“Biex nagħmlu dan għandna guildline flessibli u sempliċi kemm għal dawk li se jidħlu fil-qasam mediku u anki għal dawk li huma diġa fil-qasam mediku”.
Bħala parti minn dan il-proġett iffanzjant minn Fondi Ewropej, inġiebu Malta 14-il parteċipant minn madwar l-Ewropa sabiex jiddiskutu l-importanza tas-sapport fil-kura tal-pazjenti.
“Il-proġett li qegħdin naghmlu huwa proġett sħiħ li kultant jintnesa fuq spirtual care tal-persuna. Ahna nafu li persuna nittratawa b’mod ħolistiku pero għandha l-moħħ u ruħ”.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista tkellem dwar l-esperjenza tiegħu meta kien tabib fejn saħħaq li huwa importanti li professjonist mediku mhux biss joffri l-għajnuna medika imma jgħin lill-pazjent b’mod ħolistiku.