Membri tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Baleni vvutaw favur proposta Brażiljana li tingħata protezzjoni indefinita għall-popolazzjoni globali tal-baleni.
Id-Dikjarazzjoni Florianopolis, li ma torbotx, tara l-kaċċa għall-baleni ma tibqax ikkunsidrata iktar bħala attività ekonomika li hem bżonnha.
Il-proposta rat l-appoġġ ta’ 40 membru, filwaqt li 27 ivvutaw kontra.
Pajjiżi li huma favur il-kaċċa tal-baleni, bħall-Ġappun, in-Norveġja u l-Islanda, irrifjutaw ir-reżoluzzjoni.
Minflok, qed jappoġġjaw kontra-proposta Ġappuniża, li taħseb fuq il-possibilta ta’ ko-eżistenza bejn il-kaċċa kummerċjali u l-konservazzjoni.