Ma jieqafx l-appoġġ min-naħa ta’ Armin van Buuren, id-DJ ta’ fama mondjali, lejn Tenishia, qabel iz-żjara tiegħu f’Malta għal Unite with Tomorrowland f’Lulju li gej. Fi ftit jiem biss, Armin ħabbar u daqq żewġ diski ġodda minn naħa tal-Malti Tenishia.
Il-ħbiberija bejn Armin u Tenishia ilha tinbena mill-2006 meta Tenishia li dak iż-żmien kienu għadhom duo kienu ffirmaw l-ewwel track tagħhom mar-Record Label ta’ Armin van Buuren. Id-DJ Olandiż kien saħansirtra ġie Malta jintroduċi ‘on stage’ lill Tenishia f’wieħed mix-xows li kien ta f’pajjizna fl-2008.
Minn dakinhar Armin baqa jagħti sapport lil Tenishia, daqq kwazi kull diska taghħom , inkludihom f’diversi compilations li huma mfittxija u anke daqqew f’diversi attivitajiet flimkien madwar id-Dinja.
L-ewwel track li ġġib l-isem ta’ ‘Stella’ kienet inkluża u magħzula minn Armin innifsu ghas-CD compilation ilhi huwa jagħmel darba f’sena. Id-diska ġiet magħżula minn bejn mijiet ta’ diski oħra li jiġu mibgħuta lid-DJ ħhal din il-kumpilazzjoni prestiġjuża bl-isem ta ‘A State of Trance 2019’.
It-tieni track hija remix minn naha ta’ DJ mill-Afrika t’isfel ghad-diska ‘Point of No Return’ li kienet ħarget fl-2012 ma’ L-album ‘Memory of a Dream’ u li kienet it-track uffiċjali ta’ ‘Tenishia in Concert’ li kien sar f’Malta f’Marzu ta’ l-istess sena. Din il-verżjoni il-ġdida tad diska ġiet irrilaxata fl-10 ta’ Mejju fuq Armada Records.