L-era li fiha l-edukazzjoni u l-isports kienu jiġu kkunsidrati nkompatibbli ilu li għadda. L-isport u l-edukazzjoni mhux biss huma komponenti kompatibbli f’ħajja ta’ individwu, imma huma wkoll ta’ benefiċċju kbir għal xulxin.
B’kunsiderazzjoni ta’ dan, fi Frar li għadda, l-MFPA, b’kollaborazzjoni ma’ ITS u MCAST, nehdiet l -MFPA Life After Football Scholarship. Din il-borża ta’ studju ser tippermetti lill-benefiċjarji jattendu korsijiet fl-MCAST u l-ITS bi skeda flessibli, filwaqt li jitħarrġu mal-klabbs rispettivi tagħhom fuq bażi full-time. L-MFPA ser tkun il-punt ta’ riferiment bejn il-benefiċjarji u l-istituzzjonijiet edukattivi sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kunflitt bejn l-iskedi ta’ taħriġ u logħob, ma’ dak tal-eżamijiet. L-Assoċjazzjoni tal-plejers f’Malta ser tkun qed tgħin ukoll lill-benefiċjarji b’mod finanzjarju, billi tkopri spejjeż ta’ eżamijiet u korsijiet, kif ukoll bill tgħati allowance annwali lil benefiċjarju.
L-applikazzjonijet huma miftuħin, u ser jibqgu miftuħin matul ix-xahar ta’ Ġunju 2018 kollu. Għal dettalji dwar termini u kriterji ta’ eliġibbilta`, kif ukoll għal aċċess għall-applikazzjonijiet, idħol fuq il-paġna:http://maltafpa.com/lifeAfterFootball