F’Ottubru li ġej, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta qed iniedi żewġ korsijiet fil-Lingwa Ċiniża u l-Pittura u l-Kalligrafija Tradizzjonali Ċiniża. Iż-żewġ korsijiet li se jibdew nhar it-Tlieta, 10 ta’ Ottubru, huma mfassla għal kull livell ta’ profiċjenza minn għalliema kwalifikati u ta’ esperjenza.
Fl-aħħar tal-kors li fiħ 30 sessjoni ta’ 90 minuta dawk li pparteċipaw jingħataw ukoll ċertifikat.
Iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta stabbilixxa l-ewwel klassi tiegħu tal-lingwa Ċiniża fl-2004, Aktar minn 1,000 student attendew għal dawn il-korsijiet matul l-aħħar 19-il sena.
Iż-żewġ korsijiet se jsiru fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta li jinsab f’173, Triq Melita, il-Belt Valletta.
Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet, ibgħat email lil ccc2023education@gmail.com