F’kollaborazzjoni rari bejn iż-żewġ kumpaniji Apple u Google li bejniethom joperaw 99% tal-ismartphones fid-dinja ser ikunu qed jnedu software speċjalizzat sabiex tkun aktar faċli li jiġu ntraċċati persuni li huma infettati bil-Coronavirus.
Sabiex din tkun effettiva, is-sistema tagħti aċċess lil miljuni ta’ persuni sabiex jafdaw f’idejn dawn il-ġganti tat-teknoloġija.
Din ser tkun qed taħdem permezz ta’ software li jaħdem permezz ta’ Bluetooth signal fejn dan jagħraf u jirrekordja informazzjoni b’mod anonimu ta’ smartphones oħra minn distanza ta’ sitt piedi.
Persuni li jirriżultaw fil-pożittiv għal-Coronavirus għandhom l-għażla li jibagħtu lista encrypted ta’ smartphones li jidhru viċin, lil Apple u lil Google. Permezz t’hekk dan ikun qed jattiva u jwassal twissijiet lil utenti esposti sabiex jiskopru aktar informazzjoni.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika tal-pajjiż rispettiv jridu jikkonfermaw li l-persuna kkonċernata li rriżultat fil-pożittiv qabel ma jibagħtu l-informazzjoni.