Il-Kummissjoni Ewropea ordnat lill-kumpanija Amerikana Apple tħallas is-somma rekord ta’ €13–il biljun lill-Irlanda. Din id-deċiżjoni li kienet ikkomunikata mill-Kummissarju Ewropew Marghrete Vestager.
L-investigazzjoni inbdiet fl-2014 u rat kif Apple kienet qed tirrapporta l-qligħ tagħha bejn żewġ kumpaniji mwaqqfa fl-Irlanda, Apple Sales International u Apple Sales Europe.
Il-kumpanija, deskritta bħala ġgant, ħadmet b’dan il-mod biex tiffranka t-taxxa, bil-flus ikunu trasferiti għal uffiċċju ċentrali li la kellu pajjiż, la ħaddiema u lanqas post. Kien biss ftit mill-qligħ li kien iddikjarat l-Irlanda u b’hekk fuqu tħallset it-taxxa.