Il-kumpanija Apple nediet sistema ġdida biex twaqqaf programmi li jistgħu jagħmlu ħsara lit-tagħmir bħal iPhones u iPads.
Riċerkaturi indipendenti kienu skoprew il-programm ‘zero-click’, li jippermetti biex hackers jaċċessaw dan it-tagħmir anke jekk il-persuna ma tkunx għafset messaġġ li daħlilha.
Fi stqarrija Apple qalet li nediet il-programm ta’ sigurtà wara li kien qed idur messaġġ malizzjuż fis-sistemi tagħha.
Riċerkaturi ewlenin qalu li l-virus jaffettwa kull tagħmir tad-ditta Apple.