Il-Qorti tal-Appell appellat minn sentenza li ngħatat lil raġel ta’ 29 sena li kien mixli li abbuża sesswalment minn erba’ neputijiet tiegħu. Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ordnat sabiex il-każ tiegħu jerġa’ jinstema’.
Dan l-appell ġie wara li ġie eżentat mir-responsabbilità kriminali wara li esperti psikjatriċi sabu li l-imputat ibati minn kundizzjoni mentali, tant li għandu intellett ta’ tifel ta’ ħdax-il sena.
Il-Qorti tal-Appell sostniet li, minkejja li huwa jitqies bħala minorenni fil-qasam tal-psikjatrija, xorta waħda għandu jinżamm responsabbli għall-akkużi.
Dan il-każ imur lura għall-elfejn u tnax, meta n-neputijiet tal-imputat, li huwa mixli li abbuża minnhom, lanqas kienu għalqu t-tnax-il sena.
Fil-Qorti huwa kien ammetta l-ħtija għal dawn l-akkużi, iżda, wara rapport ordnat mill-Qorti li fih instab li l-imputat għandu intellett baxx ħafna, il-każ twaqqa’.
L-Avukat Ġenerali appellat minn din id-deċiżjoni hekk kif l-esperti psikjatriċi sostnew li, minkejja l-intellett baxx, l-imputat xorta waħda jaf jagħraf bejn it-tajjeb u l-ħażin.
Għalhekk, is-sentenza ġiet annullata u l-każ intbagħat lura lill-Qorti tal-Maġistrati biex jinstema’ mill-ġdid.