Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm qed jappella li hemm bżonn urġenti ħafna ta’ demm A positive. Ir-riżerva ta’ dan it-tip ta’ demm niżlet ħafna, għalhekk jista’ jkun hemm konsegwenzi mhux mixtieqa jekk kemm-il darba s-sitwazzjoni ma tiġix għan-normal malajr kemm jista’ jkun.
L-attendenza ta’ donaturi li jagħtu d-demm naqset ħafna. Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm appella ukoll għal kull tip ta’ demm.
“Min jista’ jgħin jiġi malajr kemm jista’ jkun.”
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm miftuħ dejjem mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00am-6.00pm, ħdejn l-Isptar San Luqa. Wieħed dejjem għandu jippreżenta l-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan.