Is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm qed jagħmel appell urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm.
L-appell qed ikun b’mod partikolari għal O Positive u O Negative. F’kitba fuq Facebook huma kitbu li mhumiex imorru biżżejjed donaturi, b’ċans li jittardjaw xi operazzjonijiet.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm jinsab ikunu miftuħin kuljum inkluż Ħdud u festi pubbliċi mit-8 ta’ filgħu sas-6 ta’ filgħaxija ħdejn l-isptar San Luqa. Wieħed għandu jieħu miegħu l-kartà tal-identità.