Miljuni ta’ Russi ilhom ġimgħa jivvotaw dwar riforma kostituzzjonali li tfisser li l-President attwali, Vladimir Putin, jista’ jibqa’ fil-poter sas-sena elfejn sitt u tletin.
Apparti li l-postijiet ta’ votazzjoni tpoġġew f’postijiet aktar konvinjenti għall-poplu Russu, saħħansitra ċertu votanti qed jivvotaw ġol-karrozza, din id-darba kull min qed jivvota qed jidħol biċ-ċans li jirbaħ minn vouchers sa anke appartament.
Membri tal-oppożizzjoni għal din ir-riforma kostituzzjonali, qalu li dan il-proċess huwa farsa, b’votazzjoni li ilha għaddejja ġimgħa mingħajr moniteraġġ u skrutinju indipendenti.
Intant, il-President Putin sostna li din r-riforma li qed jivvotaw għaliha se tkun qed tfisser aktar stabbiltà fir-Russja. Fi tmiem id-diskors tiegħu qabel l-aħħar jum ta’ votazzjoni Putin għadda messaġġ patrijottiku fejn stqarr li s-sovranità tar-Russja hija sostnuta mis-sentiment u r-rispett lejn l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet Russi.