Bejn għada u t-Tnejn filgħaxijiet (24 sas-27 ta’ Jannar), mit-8 ta’ filgħaxija sal-ħamsa ta’ filgħodu, se tkun qed tinbena parti oħra mill-mina tal-cables tal-elettriku taħt l-art li qed issir fil-Marsa-Ħamrun Bypass bħala parti mill-proġett ta’ €2.25 miljun biex jittejbu l-konnessjonijiet ta’ din it-triq m’għadd ta’ lokalitajiet fl-inħawi.
L-Aġenzija Infrastruttura Malta avżat lix-xufiera kollha li parti mir-roundabout ta’ taħt il-flyover ta’ din il-Bypass se tkun magħluqa bil-lejl, waqt ix-xogħlijiet. Iġifieri mhux se jkun hemm aċċess mill-karreġġjata tan-nofsinhar tal-Bypass lejn ir-roundabout u lanqas minn Triq Ħal Qormi (ħdejn l-uffiċċji tal-Maltapost) lejn SantaVenera u l-Ħamrun.
L-aġenzija appella biex ix-xufiera jsegwu t-tabelli lejn rotot alternattivi fl-istess inħawi.