Il-President tal-MHRA, Tony Zahra qal li jagħmlu tajjeb il-bdoti tal-Air Malta jekk ipoġġu bilqiegħda u jitkellmu mad-diriġenti tal-linja tal-ajru. Issuġġerixxa li dawn il-ħaddiema għandhom jużaw il-forza tar-raġuni u mhux ir-raġuni tal-forza. Dan b’mod speċjali fid-dawl li għal sena wara oħra pajjiżna qed jirreġistra rekord ta’ wasliet.
Zahra żied jgħid li għalhekk mhux tajjeb li f’sitwazzjoni fejn ninsabu fl-aqwa tal-istaġun jintqal li jekk ma jaslux se jieħdu azzjoni. “Il-ġranet li jsir theddid ta’ dan it-tip għaddew,” qal il-President tal-MHRA.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis ukoll ġedded l-appell tiegħu għall- buon sens u saħaq li mhux se jittollerra lil min jagħti gambetti f’mumenti kruċjali ta’ negozjati.