F’appell fuq il-midja soċjali, il-familjari tal-kuntistabbli Simon Schembri filwaqt li rringrazzjaw il-ġenerożità tal-pubbliku Malti, urew ix-xewqa li għalissa ma jsir l-ebda ġbir f’dan l-istadju.
Fakkru li dan huwa mument delikat għall-familja u talbu biex jieqaf kull ġbir li qed isir u li jekk tkun se ssir xi attività, tiġi kkonsultata l-mara tiegħu Moira Schembri.
L-istess familja talbet li dan il-messaġġ jixxandar filwaqt li rringrazzjaw lill-pubbliku kollu għas-solidarjetà li qed juru mal-kuntistabbli Simon Schembri.