Appell għall-għajnuna mid-Dipartiment tad-Dwana lill-operaturi ekonomiċi ntlaqa’ sew hekk kif bosta importaturi pprovdew donazzjonijiet ta’ oġġetti essenzjali.
Id-Dwana spjegat kif dan il-ġest se jkun qed iservi ta’ għajnuna kbira biex itaffi mid-diffikultajiet li esperjenzaw refuġjati Ukreni.
Sostniet kif l-oġġetti qegħdin jitpoġġew fl-intrata tad-Dipartiment tad-Dwana, Lascaris Wharf, il-Belt Valletta u kif f’każ ta’ ġarr, id-Dipartiment jista’ jagħmel arranġamenti neċessarji għall-ġbir ta’ oġġetti minn fejn ikun mitlub.