Waqt il-pontifikal tal-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, il-Kanonku Antione Borg fl-omelija appella lil dawk kollha fl-għajn pubblika biex il-kliem, l-atteġġjament u l-istil ta’ ħajja tagħna jsiru jixbħu l-vanġelju ta’ Kristu. Dan għax huwa lil Alla li finalment irridu nagħtu kont.
Staqsa min hu l-għadu tal-bniedem u sostna li huwa l-bniedem stess, minħabba t-teknoloġija li suppost nużawha għall-komunikazzjoni, imma minflok qed ningħalqu fina nfusna f’dinja fittizja.
Huwa talab ukoll għas-saċerdoti kollha li jaħdmu mill-qrib mal-anzjani, persuni b’vizzji u oħrajn b’mard terminali biex San Pawl iżomm idejh fuqhom.
Tenna li l-jum tan-Nawfragju ta’ San Pawl huwa jum ta’ salvazzjoni għal pajjiżna.