Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, mexxa laqgħa tal-Global Leaders Groupfi New York.
F’din il-laqgħa, diversi mexxejja u Ministri tas-Saħħa ltaqgħu fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda biex ifasslu t-triq ’il quddiem għall-ġlieda kontra l-isfidi tar-Reżistenza Antimikrobika, magħrufa bħala l-AMR.
L-AMR ġiet rikonoxxuta bħala theddida globali fl-elfejn u sittax, u tikkontribwixxi għal madwar ħames miljun mewta fis-sena madwar id-dinja, u tolqot l-aktar lill-pajjiżi bi dħul baxx u medju.
Il-mexxejja esprimew it-tħassib tagħhom li, jekk ma tittiħidx azzjoni preventiva serja malajr, jaf naslu f’punt fejn il-mediċini ma jkunux jistgħu jikkuraw l-infezzjonijiet fil-bnedmin, fl-annimali, u fil-pjanti.
Il-Global Leaders Group, li jifforma parti minnu d-Deputat Prim Ministru Malti,jinkludi rappreżentanti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, u minn organizzazzjonijiet oħrajn tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Dan il-grupp qed jitlob li l-pajjiżi tal-G7 u tal-G20 jallokaw fondi għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-għajnuna lill-pajjiżi bi dħul baxx biex huma wkoll ikunu jistgħu jwettqu riċerka u jkollhom aċċess għal mediċini u vaċċini li jaħdmu minkejja r-reżistenza antimikrobika.