Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż, Jeremy Hunt, ħeġġeġ lill-Iran biex jeħilsu t-tanker, li jtajjar il-bandiera Brittanika, li ħatfu b’mod illegali fil-Golf. Huwa qal li dan l-atteġjament iqajjem diversi mistoqsijiet serji dwar is-sigurtà tal-bastimenti Brittaniċi u internazzjonali fl-Istrett ta’ Hormuz.
Fil-filmati maħruġa mill-Iran juru l-ħtif tal-Bastiment Stena Impero nhar il-Ġimgħa li għadda. Theran qal li t-tanker kien qed jikser regolamenti marittimi internazzjonali.
Is-Segretarju Hunt qal li l-Iran qed tqis din is-sitwazzjoni bħala tpattija għaż-żamma tat-tanker Iranjan fil-Ġibiltà, hekk kif skont l-evidenza, il-bastiment kien qed iġorr żejt lejn is-Sirja, u li jmur kontra s-sanzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.