L-Uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Frederick Sammut appella biex kwalunkwe persuni li sejrin jgħoddsu jew jgħumu iżommu lil xi qraba infurmati dwar fejn se jkunu u jżommu kuntatt kostanti magħhom.Din hija prattika komuni fl-isport tal-għadds magħrufa bħala l-‘buddy system’, fejn l-għaddas ikollu minn tal-inqas zewġ persuni li kull tant ħin iżomm kuntatt magħhom.
B’reazzjoni għall-aħħar żewġ diżgrazzji fil-baħar fejn tilfu ħajjithom Neil Zammit u Simon Psaila, Sammut appella għal iżjed attenzjoni mill-għaddasa jew mill-ġenituri ta’ tfal: