Il-Pulizija ħarġet appell għax-xufiera biex javżaw li għaddejjin xi xogħlijiet eżatt kif toħroġ mill-mini ta’ Santa Venera direzzjoni lejn il-Marsa jew l-Imrieħel.
Dan hekk kif kawża ta’ dawn ix-xogħlijiet, parti żgħira minn karreġġjata li tieħdok lejn il-Marsa jew lejn l-Imrieħel, ngħalaqet sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.
Dawn ix-xogħlijiet jafu jaffettwaw it-traffiku u għalekk wieħed għandu jistenna li jdum daqsxejn fit-traffiku sakemm jgħaddi minn din iż-żona.