Regoli ta’ sigurtà f’siti ta’ kostruzzjoni mhux dejjem jiġu osservati. Kienu innotati każi fejn xerrejja prospettivi jiddaħħlu f’siti mingħajr il-protezzjoni meħtieġa, b’riskju kbir għas-saħħa tagħhom.
Dawk involuti għandhom jassiguraw li f’kull mument ikunu segwiti l-miżuri ta’ saħħa u sigurtà, qal Mark Gauci, il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
Stqarrija tal-istess OHSA ġibdet l-attenzjoni għal xi każi li ġew innutati.