Fi stqarrija l-Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika fakkru li kull min jirċievi riżultat pożittiv għall-Covid-19 għandu jiżola lilu nnifsu immedjatament mill-mument li jirċievi r-riżultat.
Min jirriżulta pożittiv għandu jibda perjodu ta’ erbatax-il-jum kwarantina obbligatorja u li dan jgħodd ukoll għal kull persuna li tgħix fl-istess residenza.
Intqal li sabiex ikun evitat aktar tixtrid, persuni li jittestjaw pożittivi għandhom jippreparaw lista tal-kuntatti li kienu fil-qrib tagħhom fil-jumejn ta’ qabel it-test pożittiv jew mindu żviluppaw sintomi, liema minnhom ikun ġie l-ewwel.
L-Awtoritajiet ħeġġew lil kulħadd jilqa’ l-istedina għat-tilqima kontra l-Coronavirus filwaqt li appellaw sabiex jinżammu l-miżuri kollha kontra t-tixrid tal-virus.