Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex tingħata informazzjoni dwar mara li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fil-Gżira u li probabbilment jisimha Tinka Ivanova.
Kull min għandu xi informazzjoni jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.