Fost diżgwid fil-familji, huma l-ulied l-aktar li jbatu.
Għalhekk, l-għaqda Happy Parenting Malta for Happier Children Assocation qed taħdem biex tqajjem aktar għarfien dwar dan, kif kien spjegat f’laqgħa li din kellha mal-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.
Il-President tal-Assoċjazzjoni, Mary Gauci, qalet li s-sitwazzjoni kapaċi titjieb fost l-oħrajn b’aktar għarfien fost il-ġudikatura.
Qalet kif, “ Irridu nibdew mill-bidu li nirranġaw il-ġudikatura u nitrenjaw il-ġudikatrua u professjonisti oħrajn li jsiru jafu xhini parental alienation u xhini t-terapija ta’ parental alienation u imbagħad minn hemm automatikament il-qorti tordna t-terapija għax l-ebda aljenatur mhux ħa jammetti li għandu xi diffikulta allura tkun il-qorti li tmexxi dil-biċċa xogħol imbagħad awtomatikament isir il-fejqan”
Żiedet tispjega wkoll x’ħidma qed issir ma’ assoċjazzjonijiet simili barra minn Malta.
Spjegat, “Aħna affiljati ma’ Parental Alienation Europe u nsegwu x’qed isir internazzjonalment u aħna nagħtu s-suġġerimenti tagħna kemm lill-Ministru Michael Falzon u anke lil Edward Zammit Lewis. Qegħdin naħdmu ħafna biex jinġab jew inkella permezz ta’ online jsir tħarriġ intensiv bħal ma’ diga qed ngħid għal din ir-realtà”.
L-iSpeaker Anġlu Farruġia faħħar il-ħidma tal-assoċjazzjoni, u żied jgħid li l-Parlament għandu d-dover li jaħdem ma’ għaqdiet mhux governattivi biex fejn tkomplti titjieb il-legiżjazzjoni ta’pajjiżna.