Il-Federazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet għal Persuni b’Diżabilità (MFOPD) appellat dwar l-importanza li iżjed postijiet ikunu aċċessibbli għal kulħadd.
Filwaqt li qalet li kulħadd ifittex li jgawdi dawn il-jiem sajfin, il-federazzjoni enfasizzat li, għal dawk b’diżabilità, l-istaġun iqanqal iżjed l-attenzjoni fuq kwistjonijiet ta’ aċċessibilitàu ħeġġet biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fl-infrastruttura u s-servizzi li joħolqu impediment minn parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà.
Fi stqarrija, l-MFOPD tenniet li fost il-problemi ewlenin simili hemm l-aċċessibilità fiżika f’binjiet u spazji pubbliċi, bi sforzi biex jitjiebu huma essenzjali biex kulħadd igawdu minn drittijiet u opportunitajiet ugwali.
Qalet li, biex jiġu indirizzati kwistonijiet simili, hi meħtieġa kollaborazzjoni akbar bejn l-entitajiet governattivi, il-kunsilli, l-NGOs u l-komunità inġenerali.
F’wieħed mill-aħjar eżempji f’dan ir-rigward, il-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar għadu kemm introduċa tabelli bil-lingwa tas-sinjali f’għadd ta’ postijiet pubbliċi fi ħdanu favur aktar inklużjoni fil-komunità.