Is-servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel appell għad-demm b’mod speċjali tat-tipi O Positive u A Negative. Dan biex issostni l-bżonnijiet tal-pazjenti b’dawn il-gruppi ta’ demm.
Għal din ir-raġuni, is-servizz Nazzjonali qiegħed iħeġġeġ lil pubbliku sabiex bejn illum u għada jmorru jagħtu d-demm sabiex il-pazjenti fil-bżonn ikunu jistgħu jirċievu d-demm fil-ħin.
L-għoti tad-demm jista’ jsir:
- fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa, bħal dejjem, ser ikun miftuh 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.
- għada l-Ħadd l-12 ta’ Jannar bejn it-8:30am u s-1:00pm fil-Mobile Blood Donation Unit li ser ikun maġenb il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan.
- fil-Berġa tax-Xewkija nhar It-Tlieta 14 ta’ Jannar ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.