Fl-okkażżjoni tal-Jum Internazzjonali iddedikat lil Persuni Anzjani, li jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Ottubru, l-Veterani Laburisti xtaqu li jissieħbu mal-għaqdiet oħra madwar id-dinja u anke huma jwasslu l-messaġġ tagħhom għal dan il-jum.
Fi stqarrija, huma saħqu li t-tema magħżula mill-Għaqda Dinjij għas-Saħħa, tappella lil kull persuna biex tirifletti dwar l-imġieba negattiva, diskriminazzjoni u preġudizzju fuq bażi tal-etá, kif ukoll dwar l-impatt li din it-tip ta’ imġieba tħalli fuq kull anzjan.
Fi kliem il-veterani, dan il-jum internazzjonali huwa opportunitá biex kull ċittadin jirrikonoxxi u japprezza l-kontribut tal-anzjani fis-soċjetá, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-isfidi li jaffaċjaw l-anzjani fil-ħajja ta’ kuljum.