Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika appella lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat mill-kumpanija nvoluta, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li ma jistax jiġi eskluż li l-istess prodott huwa kkontaminat bil-mikrobu Listeria monocytogenes.
Isem tal-Prodott: | Minestrone Tradizionale |
Ditta: | Findus |
Użin: | 1kg |
Lott: | L7251CZ079 |
Data tad-Durabbilita`: | Ottubru 2018 |
Peress li l-prodott jista jkun li laħaq inxtara mill-konsumatur, dan id-Direttorat qiegħed joħroġ dan l-avviż.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.