Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jappella lill-pubbliku, li wara informazzjoni ġdida li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-ikel u l-għalf, il-prodott Kinder Sorpresa Maxi – Natoons, m’għandux jiġi kkunsmat.
Dan minħabba l-possibilità ta’ kontaminazzjoni bis-salmonella.
Dan il-prodott, probabbilment m’għadux għall-bejgħ, imma jista jkun għadu ma ttikilx mill-konsumatur.
Isem tal-prodott: | Kinder Sorpresa Maxi – Natoons |
Ditta: | Kinder |
Piż: | 100g |
Data tad-durabbilità: | 23-05-2022 |
Persuni infettati bis-salmonella normalment jistgħu jiżviluppaw sintomi bejn sitt sigħat u 72 siegħa wara l-infezzjoni.