Iż-żewġt iqtates tal-koppja Maltija, Doreen u Lorry Pulis, li tilfu ħajjithom fl-Awstralja waqt li kienu fuq btala għandhom bżonn l-għajnuna hekk kif issa spiċċaw mingħajr sidt u qed jippruvaw isibu familja oħra li lesta tħobbhom daqs is-sidien ta’ qabel.Sfortunatament iż-żewġt iqtates tilfu dak kollu li kienu jafu u bħalissa jinsabu għand il-ġirien sakemm tinstab solluzzjoni permanenti. Huma għandhom disa’ snin u tmien snin u bħalissa għaddejja sejħa għall-għajnuna sabiex dawn iż-żewġt iqtates tinstabilhom familja li lesta taddottahom flimkien.
Dan hekk kif filwaqt li hi xi ħaġa diġa’ diffiċli biex isiru jafu nies ġodda, jekk jiġu addottatijkollhom lil xulxin bħala wens sabiex jgħaddu minn dan il-mument tant diffiċli.
Kull min hu interessat li jaddotta lil dawn il-qtates jista’ jagħmel kuntatt ma’ Mar Por jew inkella jxerred din it-talba sabiex iservi ta’ għajnuna.