Il-Ministeru għas-Saħħa qed jistieden dawk is-sidien li għandhom xi akkomodazzjoni u jixtiequ joffru mingħajr ħlas il-propretajiet tagħhom lill-ħaddiema tas-saħħa li ma jixtiequx jirritornaw lejn djarhom.
Dan sabiex dawn il-ħaddiema li qegħdin fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-COVID-19 jipproteġu lill-familthom mit-tixrid tal-Coronavirus.
F’ċirkolari li ħarġet intqal li l-propjetajiet jistgħu jkunu ta’ kull tip, kemm appartamenti u anke lukandi. Preferbbilment is-sodod ikunu singoli, għalkemm residenti b’sodod doppji se jkunu kkunsidrati.
Is-sidien ta’ dawn l-propjetajiet għandhom jikkuntattjaw lill-Ministeru għas-Saħħa fuq rita.tirchett@gov.mt