Il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u l-Vjolenza Domestika tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku rigward il-bżonn li nieħdu ħsieb xulxin f’dan iż-żmien ta’ sfida li għaddejjin minnu. Dan ifisser li nieħdu ħsieb tagħna nfusna u ta’ dawk qrib tagħna fuq livell kemm fiżiku kif ukoll mentali, billi nirrispettaw il-bżonnijiet ta’ kulħadd u billi nsegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet sabiex jinżammu l-kalma u l-ordni.
Aħna lkoll nerfgħu responsabbiltà tal-benesseri u s-sigurtà ta’ xulxin, u tal-eżempju li nagħtu lil uliedna, meta issa qed inqattgħu ferm aktar ħin ġewwa darna. Niftakru li lkoll kemm aħna għandna s-sehem tagħna x’nagħtu. Dan jinkludi li nirrappurtaw immedjatament jekk naħsbu li xi ħadd huwa f’xi forma ta’ periklu, bħal ma huma vittmi ta’ vjolenza domestika.
F’dawn iż-żminijiet ta’ isolazzjoni sabiex nipproteġu lilna nfusna mill-pandemija tal- Covid-19, tista’ tiżdied l-inċidenza tal-abbuż u tal-vjolenza bejn membri ta’ familji. Ċemplu 179 jew 112 biex tirrappurtaw u/jew titolbu għajnuna jew parir. Tistgħu tniżżlu l-applikazzjoni għall-mobile 112 billi żżuru dan is-sit elettroniku:
https://homeaffairs.gov.mt/en/MHAS-Information/112mt/Pages/112mt.aspx
Tistgħu iċċemplu dawn in-numri li ġejjin għal għajnuna professjonali f’każi ta’ vjolenza domestika:
Victim Support Malta: 21228333
Social Work Unit Gozo: 21556630
Dar Emmaus: 21552390
Mental Health Malta: 23304313
Dar Merħba Bik: 21440035
SOAR Support Group: 21808981
Rainbow Support Service (LGBTIQ): 21430009
Fondazzjoni Dar il-Hena: 27888211
Programm Sebħ – Dar Qalb ta’ Ġesu: 21482504
Women’s Rights Foundation: 79708615
Il-Kummissjoni kontra l-Abbuż Abbażi ta’ Ġeneru u l-Vjolenza Domestika trodd ħajr lill-gvern Malti, b’mod speċjali lis-settur tas-saħħa, il-Korp tal-Pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, għaqdiet mhux governattivi u individwi li jaħdmu bla heda f’dan il-qasam.