Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż li dan il-prodott mgħandux jiġi kkunsmat għaliex wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ Pyrrolizine alkaloids.
Il-pyrrolizidine alkaloids huma grupp ta’ tossini naturali sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta’ pjanti differenti. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali bħala riżultat tal-preżenza tagħhom fil-katina alimentari. Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.