Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż li li dan il-prodott mgħandux jiġi kkunsmat għaliex wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli elevati tal-pestiċida Chlorpyrifos.
Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Dried potato leaves | ||
Ditta: | Guinea Fresh | ||
Lott involut: | 1906 | ||
Data tad-durabbiltà: | 05/02/2024 | ||
Użin: | 80g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.