Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, sett ta’ erba’ pożati tal-ikel tal-istainless steel (furketta, sikkina, mgħarfa u kuċċarina) li jiġu f’kuntatt mal-ikel m’għandux jintuża minħabba li nstabet migrazzjoni ta’ kromju għal ġol-ikel, f’livelli għoljin.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Sett ta’ erba’ pożati tal-ikel tal-istainless steel (furketta, sikkina, mgħarfa u kuċċarina) |
Ditta: | Aggiungi un posto |
Numru tal-artiklu: | A35494 |
Kodiċi tal-produzzjoni: | 2023AH061 |
Oriġini: | Ċina |
Intqal li l-komposti tal-kromju, li ma jinħallux fl-ilma, u l-metall tal-kromju mhumiex meqjusa bħala periklu għas-saħħa, filwaqt li t-tossiċità u l-proprjetajiet karċinoġeniċi tal-kromju ilhom magħrufa għal żmien twil. Din it-tossiċità tista’ tagħmel ħsara lill-kliewi, il-fwied u ċ-ċelloli tad-demm minħabba reazzjonijiet ta’ ossidazzjoni.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.