Fil-bulettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa qed jingħataw madwar elfejn tilqima kuljum.
Fost dawk li qed jitlaqqmu bħalissa huma l-persuni vulnerabbli bil-kundizzjoni tagħhom, bħal dawk bid-dijabete dipendenti fuq l-insulina u persuni morda bil-kanċer.
Il-Professur Gauci spjegat li fost dawn il-persuni vulnerabbli hemm Għawdxin li fl-aħħar jiem irċevew stedina biex jitlaqqmu f’Malta.
Hija appellat lil dawn l-Għawdxin biex jinjoraw din l-istedina għaliex fil-ġranet li ġejjin se jirċievu ittra oħra biex jingħataw it-tilqima f’Għawdex stess.