L-anzjani li qed jiġu milquta ħażin mit-temperaturi għoljin u sħan għandhom jagħmlu użu mid-day respite.
Hekk appella l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fid-dawl li pajjiżna qed jesperjenza temperaturi sħan li jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa.
Fid-dawl ta’ dan, il-Gvern, permezz tal-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli, qed joffri servizz temporanju ta’ Day Respite lill-anzjani milquta, li għandhom aktar minn ħamsa u sittin sena.
Dan is-servizzz ta’ matul il-jum ser jingħata fir-residenza San Vinċenz De Paul, fid-djar kollha tal-anzjani kif ukoll f’Dar Padova f’Għawdex.
F’kumment ma dan l-istazzjon, il-Ministru Jo Etienne Abela li qal li dan is-servizz qed jiġi offrut f’postijiet u lokalitajiet viċin l-anzjani.
Qal, “Nappella lil l-anzjani u lil qraba li forsi ma jafux b’dan is-servizz. Aħna qed noffru kenn mis-sħana, forsi mhux kulħadd għandu air condition id-dar. Aħna qed noffru li filgħodu u waranofsinhar noffru dan il-kenn mis-sħana. Ovjament qed noffru ikel u xorb.”
Il-Ministru Abela spjega li filwaqt li s-sħana taffettwa lil kulħadd, jista’ jkolla effetti aktar serji fuq l-anzjani.
Stqarr, “L-appell huwa li dejjem nfittxu l-kenn. Minn ma jiflaħx ħa jkollu bżonn imur l-emerġenza imma ejja nagħmlu dan l-isforz biex nevitaw li nies imorru l-emerġenza. Jekk noqgħodu għal kenn u nixorbu sewwa l-effetti tal-heat exhaustion li iwassal il-persuni imorru Mater Dei, dak ir-riskju irridu inaqssuh.”