Iċ-ċkejkna Elisa Buhagiar se tkun qed tingħata l-aħħar tislima l-Erbgħa li ġej.
Il-funeral se jkun qed isir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn qraba u ħbieb qed jappellaw lil kulħadd biex jintlibes l-abjad jew ħwejjeġ ta’ lewn ċar.
Elisa tilfet ħajjitha fl-età ta’ 10 snin f’inċident tat-traffiku l-ġimgħa li għaddiet fil-Mellieħa.
‘Għaqqadna jdejna flimkien, waqafna nibku u tlabna għal Elisa’- sħabha tal-iskola
Elisa Buhagiar ta’ 10 snin mill-Imtarfa hija l-vittma li tilfet ħajitha traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa l-Ħamis filgħaxija. Aħbar li ħasdet lil bosta, iżda telfa akbar għal dawk li kienu jafuha. Fosthom it-tfal tal-iskola St Joseph, l-iskola li kienet tattendi Elisa li kienet fil-ħames sena tal-iskola primarja, u magħha kienu jqattgħu ħafna ħin fuq il-bank tal-iskola.