Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, appella lill-unions tat-trasport biex jissospendu l-istrajkijiet li qedi wasslu għal kaos kbir għall-Franċiżi li jkunu jridu jivjaġġaw għall-vaganzi tal-Milied.
Il-protesti dwar ir-riformi fil-pensjonijiet ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar ġimgħatejn fejn anke kkawżaw tfixkil fosthom fl-operat tat-trasport madwar Franza.
Waqt li kien fi triqtu lejn il-Kosta tal-Avorju, il-President Franċiż appella biex dawk li ordnaw l-istrajkijiet iwaqqfu l-protesti f’dawn iż-żminijiet bħala turija ta’ rispett lejn il-familji.
Ħafna Fraċiżi li jivjaġġaw biex iqattgħu dawn iż-żminijiet ta’ hena mal-familji tagħhom u sħabhom spiċċaw baqgħu l-art kawża ta’ dawn l-istrakijiet.