Il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-Awstralja ħeġġeġ lill-Prim Ministru jirriżenja. Dan wara li ħadd ma ġab il-kwota ta’ 76 siġġu biex jifforma Gvern.
L-għadd tal-voti kompla t-Tlieta filgħodu iżda r-riżultat baqalu biex ikun magħruf. Xi ħaġa li se twassal għal iktar instabbilita politika u ekonomika fl-Awstralja.
Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bill Shorten qal li jemmen li l-Prim Ministru għandu jirriżenja, il-Prim Ministru Malcolm Turnbull qal li għandu fiduċja li l-koalizzjoni konservattiva tiegħu se tkun f’pożizzjoni li tifforma Gvern.
S’issa, il-Partit Laburista rebaħ 67 siġġu għal 65 li rebħet il-koalizzjoni, bil-Partit tal-ħodor rebaħ siġġu u erbgħa għall-kandidati indipendenti.