Appartament inħakem minn nirien f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:00 fi Triq Kostantino f’Birkirkara meta għal xi raġuni l-appartament inħakem minn nirien.
Fuq il-post issejħu Pulizija u kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident hekk kif dawk li kienu fl-appartament ħarġu waħidhom.