Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ wara li appartament inħakem minn xi nirien.
Kelliem għall-Pulizija qalu ma’ one.com.mt li n-nar żvillupa mill-kċina tal-istess appartament. Il-każ seħħ ftit wara nofsinhar f’apartament fi Triq l-Isqof Caruana fl-Imsida.
Fuq il-post marru vetturi tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien u anke ambulanza bħala prekawzjoni.