one.com.mt jinsab infurmat li appartament parti minn blokka sħiħa ta’ appartamenti nħakem min-nirien fil-Ħamrun.
Dan l-istazzjoni huwa nfurmat ukoll li fl-appartament kien hemm maqbuda kelb u xi ġriewi li issa ttieħdu għand veterinarju.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Giovanni Barbara.
Xhieda fuq il-post stqarru li n-nar jidher li nfirex f’iktar minn post wieħed u għadu mhux magħruf x’kien il-kaġun ta’ dawn in-nirien.
Jidher li fuq il-post waslu wkoll l-inkwilini tal-appartamenti u sidien il-klieb li b’qalb maqsuma qegħdin jibku bix-xena li hemm quddiem għajnejhom.
In-nirien ġew ikkontrollati minn diversi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kien hemm fuq il-post.
Ritratt: MDT