Dik li kienet sejħa ta’ emerġenza lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rriżultat f’sejħa għalxejn għaliex in-nirien li waslu biex saret telefonata ma kienu xejn għajr duħħan li kien ħiereġ minn bbq.
Biex anke jekk tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu armati sa snienhom meta waslu l-Mosta sabu li ma kienx hemm wisq x’jagħmlu. M’għandniex xi ngħidu, aħjar hekk. Għax żgur ma weġġa’ ħadd u ħsarat ma kienx hemm.