Il-Partit Laburista qed jipproponi Remote Patient Monitoring. Dan ifisser li se jkun qed jipprovdi apparat mediku lill-pazjenti li jbatu b’mard kroniku. Dan l-apparat se jkun qed jingħata lill-pazjenti fir-residenza tagħhom u se jkun mqabbad direttament mas-sistema tal-isptar Mater Dei.
Stqarr dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta żar residenza ta’ anzjan li ngħata mudell ta’ dan l-apparat.
Hu qal li b’hekk it-tobba se jkunu jistgħu jagħmlu l-monitoraġġ neċessarju u f’każ li l-pazjenti juru sinjali ħżiena ta’ saħħa medika, dawn jintalbu jirrikorru l-isptar Mater Dei.
Madwar 45,000 pazjent se jkunu eliġibbli għal dan il-proġett mediku innovattiv f’Malta. Dan se b’investiment ta’ €5.5 miljun fis-sena fejn fl-istess ħin se jkun qed jipprovdi ħajja ta’ kwalità lill-pazjenti filwaqt li jiffranka mal-25% tal-pazjenti milli jidħlu fl-isptar Mater Dei.