B’investiment ta’ €29,000 l-Aġenzija Sapport issa għandha apparat ġdid li joħroġ rapport speċifikat dwar kif vettura ta’ persuna b’diżabilitá trid tkun mgħammra biex dawn ikunu jistgħu isuqu.
Dan permezz ta’ tliet proċessi differenti li wieħed jgħaddi minnhom: inkluż assessjar fuq is- saħħa tal-individwu meta jiġi biex jikkontrolla l-vettura; il-ħin tar-reazzjoni; u kemm wieħed jieħu ħin biex jirrispondi għal sitwazzjoni u jieħu azzjoni dwarha waqt is-sewqan.
Il-kap eżekuttiv tal-Aġenzija Sapport Ruth Sciberras spjegat kif dan l-investiment f’apparat ġdid fiċ-‘Ċentru Sonia Tanti Taqsima Ħajja Indipendenti’ mistenni jilħaq mal-150 persuna fis-sena.
“Dan għamilna investiment ta’ €30,000 kif ukoll qed inħarrġu lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jużaw dan l-apparat u jagħtu l-aħjar servizz lil persuni b’diżabilitá.”
Colin Barlow, li huwa klijent tal-aġenzija sapport minħabba problemi fiċ-ċirkulazzjoni f’idu u f’saqajh, stqarr kif dan l-apparat ser jerġa’ jagħtih lura l-indipendenza tiegħu.
“It’s gonna help with my problem which is peripheral neuropathy which is bad circulation to my hands and feet and I’m gonna have hand controls to my car which will make my life easier and me and mmy wife will be able to get back out and get all over the island that we love so much.”
Is-servizz hu kumplimentat minn lezzjonijiet tas-sewqan fuq vettura modifikata, gwida fuq wieħed x’għandu bżonn jagħmel biex jimmodifika l-vettura tiegħu, kif ukoll skemi li joffru eżenzjoni jew sussidju fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi modifikati, kif ukoll fuq il-liċenzja tat-triq.
Il-Ministru għall-inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, Julia Farrugia Portelli, spjegat kif dan l-investiment huwa wieħed strumentali fil-mira li persuni b’diżabilità jgħixu ħajja indipendenti kemm jista’ jkun.
“It-teknoloġija li qed ninvestu fiha fl-aġenzija sapport se tagħmilha possibli biex anke anzjani illi tul iż-żmien ikunu qed jesperjenzaw diffikultajiet mediċi, ikomplu jkollhom ħajja indipendenti permezz ta’ dan it-test li ser jigwidahom kif karozza li jkollhom modifikata jistgħu jibqgħu isuquha permezz ta’ din it-teknoloġija.”